Internazzjonali

Teskala t-tensjoni bejn l-Amerika u l-Veneżwela

Il-President tal-Veneżwela qed jakkuża lil Donald Trump illi qed “jiffabbrika gwerra”. Dan hekk kif l-Istati Uniti bagħtet fil-Karibew l-akbar bastiment militari fid-dinja – il-USS Ford.

Sa ftit jiem ilu, dan il-vapur kien qiegħed propju fil-Mediterran.

L-Amerikani qed jgħidu li l-preżenza militari fil-Karibew hi importanti biex jiġi eliminat it-traffikar ta’ droga u sustanzi illeċiti – iżda l-President tal-Veneżwela qed jinsisti li din hi mossa perikoluża.