Terapista tal-massaġġi ġie miżmum taħt arrest wara li tressaq il-Qorti akkużat li stupra mara fi spa f’lukanda f’Tas-Sliema.
L-akkużat Akhil Yesodharan, Indjan ta’ 36 sena residenti l-Imsida, qed jiġi akkużat li wettaq reat ta’ stupra u att sesswali mingħajr il-kunsens tal-vittma.
Dan l-każ seħħ il-Ġimgħa 24 ta’ Ottubru li għadda għall-ħabta tan-nofsinhar.
Fil-Qorti, il-prosekuzzjoni qalet li l-mara sostniet li waqt is-sessjoni ta’ massaġġi, l-akkużat abbuża minnha, bil-vittma tispjega li fil-mument tar-reat kienet mingħajr ħwejjeġ u allegatament ir-raġel abbuża minnha.
L-akkużat wieġen mhux ħati għal dawn l-akkużi, iżda l-Qorti ordnat li jibqa’ taħt arrest preventiv.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukat tal-Istat Jennifer Polidano flimkien mal-Ispettur Wayne Buhagiaru Ian Azzopardi, filwaqt li l-avukat Julia Micallef Straface deħret għall-akkużat.
//= $special ?>

