Mill-Premier League Arsenal fetħu vantaġġ ta’ erba’ punti f’ras il-klassifika meta għelbu lil Crystal Palace 1-0. Minkejja li ma kinietx prestazzjoni klassika minn Arsenal, bi Crystal Palace ikun reżiljenti fid-difiża, il-Gunner xorta waħda rnexxielhom jieħdu t-tliet punti f’partita oħra li ma sofrew l-ebda’ gowl. Il-gowl uniku tal-partita wasal fit-38 minuta meta minn set-piece ta’ Declan Rice, Palace naqqsu mill-jtajjru l-ballun, approfitta l-eks tal-partita, Eberechi Eze, li b’konklużjoni akrobatika xeħet wara Dean Henderson għal 1-0. Din kienet is-seba’ rebħa konsekuttiva għal Arsenal filwaqt qalgħu biss tliet gowls dan l-istaġun.
Min-naħa l-oħra f’Villa Park Aston Villa ħasdu lil Manchester City meta għelbuhom bl-iskor ta’ 1-0. Minkejja l-pressjoni inizijali minn Manchester City, Aston Villa iddefendew tajjeb, u kienu huma li fetħu l-iskor fid-19-il minuta meta minn corner ta’ Emiliano Buendia, id-difensuri ta’ Manchester City ma rnexxielhom ibiegħdu l-periklu, biex kien Matty Cash li minn tarf il-kaxxa, b’xutt fir-rokna t’isfel għeleb lil Gianluigi Donnarumma għal 1-0.
Fil-Vitality Stadium Bournemouth komplew iżidu mal-problemi ta’ Nottingham Forets bl-iskort ta’ 2-0, biex b’hekk taw l-ewwel telfa ta’ Sean Dyche fil-Premier League ma’ Nottingham. Bournemouth fetħu l-iskor fil-25 minuta meta kien Marcus Tavernier li minn corner dirett għeleb lil goalkeeper ta’ Nottingham għal 1-0. Qabel tmiem l-ewwel taqsima wasal it-tieni gowl taċ-Cherries meta kien Eli Kroupi li b’xutt b’saħħtu ikkonkluda fix-xibka għal 2-0.
Riżultati: Bournemouth v Nott Forest 2-0, Arsenal v C’Palace 1-0, A.Villa v Man City 1-0, Wolves v Burnley 2-3, Everton v Tottenham 0-3
//= $special ?>

