Lokali

“Għandna l-obbligu morali li nindirizzaw il-kriżijiet soċjali f’pajjiżna” : Alex Borg lejliet il-Budget

Ritratti: Martin Agius

“Mhux vote-catching exercise imma obbligu morali li ma nħallux persuna waħda bla saqaf fuq rasha, bla platt sħun quddiemha”

Kien dan kliem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg meta ndirizza attività politika f’Ħaż Żebbuġ propju lejliet it-tħabbira tal-Budget tal-2026. Fejn tkellem fost l-oħrajn dwar l-ambjent, il-faqar u s-saħħa mentali u tenna li dan huwa obligu morali ta’ kull wieħed u waħda minnha b’mod speċjali l-politiċi.

Alex Borg tkellem ukoll dwar il-kriżi li pajjiżna qed jaffaċċja fejn jidħol it-traffiku. Huwa spjega d-diffikultà li kull persuna issib hekk kif toħroġ mill-bieb ta’ barra b’detriment għas-saħħa mentali u fiżika.

Huwa propju għalhekk li Alex Borg ħareġ l-id tal-ħbiberija. U appella sabiex isir memorandum of understanding bejn iż-żewġ partiti sabiex isir pjan fit-tul għal trasport tal-massa.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista spjega wkoll li l-problema tas-saħħa mentali għandha tiġi ndirizzata. Fejn spjega li minkejja li hawn numru ta’ esperti li ilhom ukoll joffru soluzzjonijiet b’rabta ma’ dan is-settur. Soluzjonijiet li l-Gvern qed jinjora.

U huwa propju għalhekk li wiegħed li Gvern Nazzjonalista jkun qed jinvesti fi sptar ġdid għas-saħħa mentali.

Alex Borg tkellem ukoll dwar il-pjaga soċjali tal-faqar. Ir-realtà li ħafna ma għandhomx biex jieklu l-ikla ta’ nofsinhar. Fejn anke ndirizza l-problemi tad-dorga, ta’ homelessness u ta’ prostituzzjoni.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista indirizza wkoll l-ambjent. U spjega li fl-aħħar snin il-Gvern ġelled l-ambjent minn mal-progress meta dawn kellhom ikunu id f’id.

Alex Borg tkellem ukoll dwar il-miżuri li ħareġ il-Partit Nazzjonalista għall-familji. Fejn spjega wkoll li l-Partit Nazzjonalista se jibqa’ fuq quddiem sabiex joħloq diskussjoni – propju kif sar b’rabta mal-4-day week.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tkellem ukoll dwar ir-rieda politika u l-obligu morali li nindirizzaw il-problema tad-droga, il-faqar, il-homelessness u l-prostituzzjoni fost l-oħrajn.

Sabiex jagħmlu l-indirizz tagħhom kienu l-Professuri Andrew Azzopardi, Anna Borg u George Cassar flimkien ma’ Dr George Vital Zammit li qed jieħu ħsieb il-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista.