Lokali

Jon Mallia jistaqsi: “Dwar xiex eżatt se jiġi mħarrek dan il-ġurnal?”

Il-Kazin Photo: Darrin Zammit Lupi

“Il-Prim Ministru qed jhedded li jħarrek lin-NET. Imma dwar xiex?”

Hekk saqsa l-preżentatur Jon Mallia f’kumment li ppubblika fuq il-media soċjali wara li lbieraħ il-Prim Ministru hedded li jiftaħ libell – sempliċiment għaliex Net News kixef li saret laqgħa tal-Kabinett, u li fih ġiet diskussa (fost l-oħrajn) ir-riforma kontroversjali fil-liġijiet tal-ippjanar.

Jon Mallia irrimarka li r-rapport ta’ dan is-sit itenni biss li l-artikli 144 u 143 mhux se jiġu rtirati.

“Robert Abela qatt ma saħaq xi ħaġa differenti. Jiġifieri, dak li dejjem qal Abela u dak li qed jgħidu ta’ NET huwa identiku. U allura nerġa’ nistaqsi… dwar xiex eżatt se jiġi mħarrek dan il-ġurnal?”

Il-Partit Nazzjonalista minn naħa tiegħu sfida lill-Prim Ministru biex jibda dawn il-proċeduri kemm jista’ jkun malajr u li jitlob biex jinstemgħu b’urġenza, ħalli l-poplu jkun jaf il-verità kollha.