Il-President ġdid tal-Irlanda, Catherine Connolly, qalet li se tibda minnufih taħdem fuq il-wiegħda biex ‘tfassal Repubblika ġdida’, waqt diskors li fih irreferiet b’mod speċifiku għan-newtralità ta’ pajjiżha.
Dan wara li Connolly, kandidat indipendenti, kienet eletta bħala l-għaxar President Irlandiż fi trijonf kbir personali – u fejn hi rnexxielha tikseb 63 fil-mija tal-vot.
Intant, Heather Humphreys, ir-rivali ewlenija u kandidata tal-Partit Fine Gael, rebħet anqas min-nofs ta’ dan l-ammont, b’29 fil-mija tal-voti.
Il-kandidat ta’ Fianna Fail, Jim Gavin, kiseb seba’ fil-mija tal-vot bħala l-agħar riżultat qatt miksub minn dan il-partit. Fil-fatt, Gavin, kien ilu li rtira mit-tellieqa Presidenzjali iżda ismu xorta waħda baqa’ imniżżel fuq il-polza tal-vot skont ir-regoli tal-elezzjoni.
Ir-riżultat formali tal-elezzjoni tħabbar fil-Kastell ta’ Dublin u meta l-konkorrenza tal-votanti, din id-darba, kienet stabbilita mas-46 filmija ….Ċifra ogħla milli mistenni oriġinarjament u li għaddiet il-konkorrenza waqt l-elezzjoni Presidenzjali tal-2018 fl-Irlanda.
//= $special ?>

