Il-liġijiet tal-ippjanar li qed iressaq il-Gvern qed ipoġġu f’periklu d-delizji.
Dan intqal mill-President tar-Ramblers Ingram Bondin meta din il-ġimgħa kien mistieden fil-programm NETLIVE, fejn tkellem dwar il-ħsara li se jagħmlu l-liġijiet tal-ippjanar li qed jimbotta Robert Abela – liġijiet li kapaċi jimpattaw anke d-delizzji. Fosthom il-logħob tan-nar, u anke l-kaċċa.
Waqt din id-diskussjoni fuq Net Television tkellem ukoll is-soċjologu Michael Birguglio, li semma’ kemma huwa importanti li jkun hemm djalogu reali ħalli tinstab l-awwa soluzzjoni. U anke maturità politika, f’tema daqstant importanti.
Nhar it-Tnejn, diversi għaqdiet se jkunu qed jipprotestaw kontra dawn il-liġijiet li qabad u ressaq il-Gvern bla konsultazzjoni.
Il-protesta se tibda minn quddiem il-bini tal-Qorti fil-5:30pm.
//= $special ?>

