Futbol Sport

Marsaxlokk itemmu fi draw ma’ Sliema u jibqgħu jittammaw għall-post mal-ewwel sitta

Ritratt: Catriel Farrugia

Sliema W. …………… 1

Marsaxlokk ………… 1

Sliema W: K.Agu, J.Borg, N.Frendo, A.Magri Overand, V.Plut, R.Prsa, M.Bah, W.Matos, H.Freire, T.Espindola, M.Baggio

Marsaxlokk: C.Mafoumbi, W.Soares, Q.El Hasni, E.Pepe, N.Muscat, U.Arias, J.Corbolan, S.Soares, J.Minala, D.Aguirre, A.Ayom

Referee: M.De Gabriele

Assistenti Referees: V.Vasilev, S.Calleja

Fit-Tony Bezzina Stadium draw ta’ 1-1 bejn Sliema Wanderers u Marsaxlokk, liema riżultat iħalli lil Marsaxlokk jittamaw li jistgħu jagħmluha mal-ewwel sitta’.

Kienu Sliema li fetħu l-iskor fit-32 minuta meta kien Wescley li għadda lejn Vito Plut, li sab lil Sulahman Bah li b’konklużjoni preċiża xeħet fix-xibka għal 1-0.

Fit-72 minuta Marsaxlokk kisbu l-gowl tad-draw meta kien Leandro Aguirre li xeħet ballun fil-kaxxa u bir-ras kien Joseph Minala li sab lil Ailton Soares li ikkonkluda fix-xibka għal 1-1.