Lokali

Mijiet jattendu għal festival taċ-ċikkulata fil-Ħamrun

Il-lokalità tal-Ħamrun għal darb’ oħra ospitat il-festival taċ-ċikkulata, hekk kif it-triq prinċipali ta’ San Ġużepp saret ċentru ta’ kuluri u togħmiet uniċi għall-festival taċ-ċikkulata.

Kull sena fix-xahar ta’ Ottubru, fit-toroq prinċipali tal-Ħamrun jkun hemm varjetà differenti ta’ ikel, ħelu u anke prodotti ariġġjanali. U kull min attenda seta’ jduq varjetà differenti ta’ ċikkulata fosthom bħal birra biċ-ċikkulata, u togħmiet tipiċi Maltin bħall tal-murmurat, l-imqaret u l-kafè ta’ Vassalli.

F’dan il-festival kien hemm esibiti żewġ strutturi spettakolari taċ-ċikkulata ispirati mill-films Jurassic World Rebirth u Assassin’s Creed, li kienu maħduma miċ-ċikkulatier Tiziano Cassar u l-artist internazzjonali Chris Zammit.

Din is-sena, il-festival taċ-ċikkulata fil-Ħamrun qed tiċċelebra l-15-il edizzjoni.

Preżenti għal din l-attività kien hemm il-Kap tal-PN Alex Borg flimkien ma’ Sarah Bajada, fejn żaru diversi eżebizzjonijiet taċ-ċikkulata, każini, u stabbilimenti u rringrazzjaw lill-ħaddiema u l-voluntiera kollha għall-impenn tagħhom.