Rebħa għal Real Madrid fl-El Classico bl-iskor ta’ 2-1 fuq Barcelona. B’din ir-rebħa Real Madrid fetħu vantaġġ ta’ ħames punti minn mal-istess Barcelona f’ras il-klassifika. Wara 12-il minuta Real Madrid ħasbu li marru fil-vantaġġ permezz ta’ Kylian Mbappe, iżda l-gowl tiegħu ma kienx ikkonvalidat wara konsultazzjoni mal-VAR. Biex fi-22 minuta, minn pass ta’ Jude Bellingham, kien l-istess Kylian Mbappe li xeħet fix-xibka għal 1-0.
Barcelona kisbu l-gowl tad-draw fit-38 minuta minn gowl ta’ Fermin Lopez, b’Jude Bellingham jerġa’ jpoġġi lil Real Madrid fil-vantaġġ fit-43 minuta. Real Madrid setgħu għamluhom tlieta fit-52 minuta iżda l-penalty ta’ Kylian Mbappe kien salvaat minn Wojciech Szczesny. Fid-90 minuta tkeċċa’ għal Barcelona Pedri, wara żewġ karti sofor.
//= $special ?>

