Futbol Sport

Rebħiet minimi għal Lazio u Roma… Fiorentina jiksbu d-draw fl-aħħar minuti kontra Bologna

Ritratt: EPA

Fi Stadio Olimpico rebħa minima għal Lazio fuq Juventus bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl uniku tal-partita wasal wara 9 minuti logħob permezz ta’ Toma Basic.

Roma telgħu fit-tielet post tal-klassifika wara rebħa barra minn darhom għand Sassuolo bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl deċiżiv tal-partita kien skorjat minn Paulo Dybala wara 16-il minuta logħob.

Draw ta’ 2-2 bejn Fiorentina u Bologna. Kienu Bologna li marru fil-vantaġġ wara 25 minuta b’gowl ta’ Santiago Castro qabel irduppjaw permezz ta’ Nicolo Cambiaghi. Rimonta fit-tieni taqsima minn Fiorentina, meta l-ewwel kien Albert Gudmundsson li naqqas id-distakk mill-ħdax-il metru. Biex fl-94 minuta din id-darba kien Moise Kean li mill-ħdax-il metru wkoll xeħet fix-xibka għal 2-2.