Lokali Qorti

Tfajla mmultata wara li kisret il-kundizzjonijiet tal-Qorti

Mikela Lee Tabone residenti Ħaż-Żebbuġ ammetiet fil-Qorti li kisret ordni tal-Qorti, wara li hi kienet barra mid-dar f’ħin meta kellha tkun f’darha skont il-kundizzjoni tal-ħelsien mill-arrest fuq każ ieħor.

Il-Qorti semgħet fl-24 ta’ Ottubru li għadda, waqt road block fi Triq l-Imdina, f’Ħaż-Żebbuġ, il-Pulizija waqfu karozza għall-ħabta tal-10:30 ta’ filgħaxijau għarfuha bħala Tabone.

L-akkużata suppost kienet f’darha bejn id-9:30 ta’ filgħaxija u s-7:30 ta’ filgħodu, kif kien ordnat mill-Maġistrat Gianella Camilleri Busuttil fit-22 ta’ Jannar li għadda.

Tabone ammettiet il-ksur tal-kundizzjoni u l-Maġistrat Anne Marie Grech ħarġet multa ta’ €300 kontrieha, kif ukoll ordnat il-konfiska ta’ €600 li kienet iddepożitat bħala parti mill-ħelsien mill-arrest tal-każ l-ieħor.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Roderick Attard, filwaqt li għall-akkużata dehret l-Avukata Anthea Bonnici Zammit.