Internazzjonali

Trump jissorvelja l-ftehim ta’ paċi bejn it-Tajlandja u l-Kambodja

Il-President tal-Istat Uniti Donald Trump ippresieda “ftehim ta’ paċi” bejn it-Tajlandja u l-Kambodja, żewġ pajjiżi li ilhom jikkonfrontaw lil xulxin fuq tilwima twila dwar il-fruntiera għal għexieren ta’ snin.

Il-President Amerikan sejjaħ dan il-ftehim bħala wieħed “storiku”.

Wara ċ-ċerimonja, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tat-Tajlandja rrifjuta li jsejjaħlu ftehim ta’ paċi, fejn tkellem mal-midja u qal li din hija t-triq tal-paċi.

Pressjoni minn Trump wasslet għal dan il-waqfien mill-ġlied fl-aħħar ta’ Lulju, b’riżultat li dan temm ħamest t’ijiem ta’ ġlied, li ħalla aktar minn għoxrin persuna mejta.

Il-President Amerikan qal li se juża dan il-ftehim ta’ paċi bħala mezz ewlieni biex iħeġġeġ pajjiżi oħra jġibu l-paċi.

Trump bħalissa jinsab fi żjara ta’ ġimgħa fl-Asja fejn se jkun qed jiltaqa’ mal-President Ċiniż Xi Jinping fil-Korea t’Isfel, kif ukoll se jagħmel waqfa oħra fil-Ġappun sabiex jiltaqa’ mal-Prim Ministru tal-Ġappun….li ġiet eletta bħala l-ewwel mara fl-istorja tal-pajjiż.