Internazzjonali

Żewġt irġiel arrestati b’rabta mas-serqa mill-Mużew ta’ Louvre

L-Awtoritajiet Franċiżi ħabbru li żewġt irġiel ġew arrestati b’rabta mas-serqa tal-ġojjelli mill-Mużew ta’ Louvre f’Pariġi.

Il-prosekuturi Pariġini ħabbru li wieħed mill-irġiel suspettati ġie arrestat wara li kien fi tħejjija biex jitlaq permezz ta’ titjira mill-Ajruport Franċiż Charles de Gaulle lejn l-Alġerija.

Dan filwaqt li s-suspettat l-ieħor kien fi ħsiebu jaħrab lejn il-Mali.

Il-ġojjelli li nsterqu jilħqu l-valur ta’ aktar minn €88 miljun – misruqin minn tal-inqas 4 ħallelin matul il-jum tal-Ħadd, 19 ta’ Ottubru.