Sport

Kai azzopardi u Ryan Muscat jimpressjonaw fil-Kampjonat Dinji tat-Triathlon

Kai Azzopardi u Ryan Muscat taw prestazzjoni b’saħħitha fi tmiem il-finali tal-Kampjonat Dinji tat-Triathlon 2025 f’ Wollongong, l-Awstralja.

Azzopardi kiseb l-opportunità li jikkompeti fil-Kampjonat Dinji tal-Junior 2025 wara l-wirjiet internazzjonali tiegħu aktar kmieni fis-sena.  F’ilmijiet imqallba u kurrenti qawwija, Kai Azzopardi kellu għawm tajjeb u għadda għas-segment tar-roti mal-gruppi ta ‘quddiem. Tilef il-momentum fuq ir-rota, fejn tilef il-kuntatt mal-ewwel grupp. Filwaqt li ħa l-biċċa l-kbira tas-sezzjoni tar-roti ta’ 20km mhux mal-grupp, iffoka u rnexxielu jnaqqas id-distakk fuq ftit kompetituri matul is-sezzjoni tar-roti u l-ġirja ta’ 5k fejn fl-54 post minn 62 atleta.

Ryan Muscat tellaq fil-kategorija tal-Kampjonat fl-età bejn is-16 u d-19-il sena. Ħareġ mill-għawma fil-5 post minn 77 atleta, irnexxielu jibqa’ fil-grupp ta’ quddiem fis-sezzjoni tar-roti u għalaq it-tellieqa tiegħu b’ġirja b’saħħitha, u spiċċa fis-6 post b’mod ġenerali. 

Is-Segretarju Ġenerali Warren Muscat, preżenti fl-avveniment flimkien ma’ Edith Degabriele bħala Delegat Tekniku u Uffiċjal Tekniku rispettivament, kellhom kummenti pożittivi għaż-żewġ atleti li jgħamlu parti mill-Iskwadra tal-Iżvilupp tal-Federazzjoni Maltija tat-Triathlon.

Ljudmila Medan, membru tal-Kummissjoni għall-Iżvilupp tat-Triathlon tal-Ewropa kellha kliem ta’ tifħir għaż-żewġ atleti.