“Il-Partit Nazzjonalista ma jrid jara lil ħadd jitħalla lura.”
Hekk stqarr il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg wara li aktar kmieni illum ġie ppreżentat il-Budget għas-sena li ġejja.
Alex Borg qal li dan il-Budget fih numru ta’ proposti pożittivi pero għandu diversi nuqqasijiet fosthom il-fatt li l-proġett tat-trasport tal-massa tħalla barra. Qal ukoll li huwa ta’ diżappunt li l-COLA għadha qed tiġi intaxxata u li bl-għotja li se jingħata l-poplu Malti u Għawdxi żgur li mhux se jkun jista’ jlaħħaq mal-għoli tal-ħajja.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li n-nefqa għall-proġetti kapitali naqset b’aktar minn €100 miljun.
Huwa rrimarka li l-Gvern ta’ Robert Abela laqa’ il-proposta tal-Partit Nazzjonalista b’rabta mat-tax bracket għall-ġenituri li għadhom aktar minn żewġ ulied.
Intant, għal dan il-kumment il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg kien akkumpanjat mix-Shadow Minister għall-Finanzi Adrian Delia kif ukoll mix-Shadow Minister għall-Ekonomija u l-Intrapriża Jerome Caruana Cilia.
//= $special ?>

