Lokali

Alex Borg jilqa’ delegazzjoni ta’ żgħażagħ mis-CSU

Il-Partit Nazzjonalista qiegħed isir mill-ġdid il-partit taż-żgħażagħ, u qiegħed jaħdem kontinwament biex aktar żagħżagħ jersqu lejn il-politika; hekk kif il-politika tiddetermina l-futur tal-pajjiż.

Ritratt: Catriel Farrugia

Kien dan il-mod li bih wera l-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg waqt li żjara ta’ korteżija minn delegazzjoni tal-Partit Ġermaniż CSU li tinsab Malta, riżultat tal-kollaborazzjoni bejn il-Fondazzjoni AZAD u l-fondazzjoni Adeenaur.

Ritratt: Catriel Farrugia

Alex Borg spjega li minkejja li f’pajjiżna żgħażagħ ta’ 16-il sena jistgġu jivvutaw, ħafna minnhom huma indifferenti għall-politika, u għalhekk il-Partit Nazzjonalista qed jaħdem ferm biex ibiddel dan.

Tant hu hekk li qed ikompli jsaħħah iż-żewġ fergħat taż-żgħażagħ tal-Partit Nazzjonalista l-MZPN u Team Start.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tenna li fi  ħdan il-partit hemm diversi deputati, sindki u anke kunsillieri  li huma żgħażagħ. Dawn kollha jagħtu ideat ġodda għal partit iktar b’saħħtu li qiegħed ifassal l-aġenda filwaqt li l-Gvern qed ikun biss reattiv.

Il-Konrad Adenauer Foundation, bħalissa qed tikkollabora mal-AZAD ghat-tielet edizzjoni tal-Future Leaders, programm ta’ formazzjoni politika għaż-żgħażagħ li jridu jikkontribwixxu fil-ħidma politika tal-Partit Nazzjonalisa.

Ritratt: Catriel Farrugia

Roderick Agius, il-Kap Eżekuttiv tal-AZAD spjega li fi snin preċedenti hadu sehem f’dan il-programm id-Deputati Eve Borg Bonello u Bernice Bonello, li kienet preżenti għal din il-laqgħa.

Ritratt: Catriel Farrugia

Is-Segretarju Internazzjonali tal-Partit Nazzjonalista Beppe Galea, żied jgħid li l-Partit Nazzjonalista se jkompli b’laqgħat bħal dawn li jkomplu jespandu n-network internazzjonali.

Ritratt: Catriel Farrugia

Id-delegeazzjoni tad-dawn id-disa’ politċi tmexxiet minn Markus Oesterlien, il-Project Group Leader u għal din il-laqgħa kien hemm preżenti wkoll is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Charles Bonello.

Ritratt: Catriel Farrugia

Dan filwaqt li saret ukoll preżentazzjoni tal-ktieb Teżori fil-Knejjes Maltin. U wara, iż-żgħażagħ iddawru mal-binja tad-Dar Ċentrali u ta’ Net Media fejn setgħu jiltaqgħu mal-impjegati u jsegwu l-ħidma tagħhom.

Ritratt: Catriel Farrugia