Fl-ewwel reazzjoni tagħha għall-Budget 2026, il-Kamra tal-Kummerċ laqgħet il-fatt li dan il-Budget indirizza lill-familji kif ukoll li provda assistenza soċjali lill-pensjonanti u persuni vulnerabbli.
Il-Kamra tal-Kummerċ laqgħet ukoll il-miżuri li jindirizzaw it-tranżizzjoni tan-negozji lejn l-Intelliġenza Artifiċjali, id-diġitilizzazzjoni u t-taħriġ tal-impjegati. Qalet ukoll li dawn l-inizjattivi ilha s-snin tisħaq fuqhom għaliex iwasslu għal aktar produttività u l-kompettitività.
Minn naħa l-oħra, il-Kamra tal-Kummerċ esprimiet diżappunt kbir li dan il-Budget fl-ebda ħin ma ndirizza l-kriżi tat-traffiku f’pajjiżna li qed iħalli impatt negattiv fuq il-familji. Dan filwaqt li esprimiet diżappunt kbir li l-COLA se tibqa’ tiġi intaxxata u li r-riforma b’rabta mal-public procurement ma ġietx indirizzata.
//= $special ?>

