Team Goddo, Round Table Malta, u HSN Signs għamlu mixja ta’ 24 siegħa biex jinġabru fondi għat-tfal li jgħixu fir-residenzi ta’ ‘Fondazzjoni Sebħ’.
Din il-mixja saret bejn id-19 u l-20 ta’ Ottubru 2024, u ħadu sehem Leanda Keith, Julian Muscat, Darren Aitchison, Raphael Borg Ellul Vincenti, u Godwin Debattista, flimkien mal-appoġġ ta’ Sophie Debattista u Colette Debattista. Flimkien dawn wettqu mixja kontinwa ta’ 24 siegħa mingħajr irqad.
Din is-sena, bħas-sena li għaddiet, qed jinġabru l-flus għall-NGO ‘Fondazzjoni Sebħ VO1622’, li tagħmel xogħol straordinarju għat-tfal li ma jgħixux f’residenzi permanenti mal-familja tagħhom, bil-għan li dawn it-tfal imorru vaganza. Sabiex din il-ħolma tat-tfal issir realtà hemm bżonn madwar €30,000.
Waqt l-attività tal-mixja tas-sena li għaddiet — li kienet tinkludi waqfa ta’ 9 sigħat ta’ rqad, inġabret is-somma ta’ €6,600, waqt li s’issa din is-sena nġabru €9,000 oħra.
Id-donazzjonijiet jistgħu isiru fuq is-sit tal-Fondazzjoni Sebħ.


