It-Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi fi ħdan il-General Workers’ Union qed tiddikjara tilwima industrijali fil-konfront ta’ HSBC Malta plc skont kif previvst fil-Klawsola 9 tal-Ftehim Kollettiv bejn HSBC Bank Malta plc u l-General Workers’ Union 2024-2026.
Din l-azzjoni qed tittieħed minħabba d-dewmien esaġerat għal laqgħa biex jiġi diskuss il-pakkett finanzjarju li jikkumpensa lill-impjegati għas-servizz tal-passat tagħhom lil HSBC.
Il-GWU esprimiet it-tħassib dejjem jikber tagħha dwar id-dewmien kontinwu biex tirċievi l-abbozz tad-dokument li jiddeskrivi t-termini proposti.
Fid-dawl ta’ din in-nuqqas persistenti ta’ progress, il-GWU iddikjarat formalment tilwima industrijali.
Madankollu, il-GWU tibqa’ impenjata li tkun involuta f’kull laqgħa kostruttiva u tħeġġeġ lill-Bank biex jibda djalogu f’waqtu u trasparenti biex isolvi din il-kwistjoni fl-aħjar interess tal-partijiet kollha.
//= $special ?>

