Paul Biya, il-President tal-Kamerun, rebaħ elezzjoni oħra fl-età ta’ 92 sena… Konferma ku ngħatat mill-Kunsill Kostituzzjonali f’Yaounde wara l-elezzjonijiet li qanqlu waqtiet ta’ kuntestazzjoni minn diversi naħat politiċi.
Biya, skont ir-riżultat finali, kiseb mal-54 fil-mija tal-vot kontra l-35 fil-mija għar-rivali ewlieni, Issa Tchiroma Bakary Dan ifisser li Biya, li hu l-aktar Kap tal-Istat anzjan fid-dinja, għandu jservi t-tmien mandat ta’ poter konsekuttiv mindu rebaħ il-Presidenza għall-ewwel darba fl-1982.
Sadanittant, Tchiroma Bakary – qabel tħabbar ir-riżultat – kien insista li l-elezzjoni ntrebħet minnu, filwaqt li saħħat li l-Kunsill Kostituzzjonali kien se jippreżenta ‘stampa qarrieqa dovuta għall-manipulazzjoni’.
Ħarġu wkoll diversi rapporti dwar vjolenza u sparaturi qrib ir-residenza ta’ Bakary, fil-belt ta’ Garoua. Dan waqt li nqatlu talanqas erba’ persuni waqt il-konfronti mal-qawwiet tas-sigurtà fil-hub kummerċjali ta’ Duala.
Fl-aħħar sigħat, ma kenux qed jiftħu ħafna mill-ħwienet u l-iskejjel f’Yaounde fost l-inkwiet dwar aktar inċidenzi ta’ vjolenza.
//= $special ?>

