Budget 2026 Għawdex Lokali

Il-Kamra tan-Negozju għal Għawdex jilqgħu l-Budget 2026

Il-Kamra tan-Negozju għal Għawdex tinnota b’sodisfazzjon li b’mod komprensiv dan il-Budget
huwa wieħed soċjali imma li jkompli jinċentiva n-negozji biex jimxu ‘il quddiem. Il-Kamra
temmen li miżuri soċjali bħal faxex ta’ taxxa li jaġevolaw il-familji huma miżuri tajbin li jgħinu
lill-familji biex ikollhom ħajja aħjar. Ekonomija b’saħħitha timxi id f’id ma’ soċjeta b’saħħitha.

Il-Kamra tinnota wkoll il-pass meqjus li l-Gvern qed jieħu fejn jidħol il-kontribut tas-settur privat
għall-pensjonjijiet okkupazzjonali, u l-maternity, paternity, u parental leave. Il-Kamra temmen
li dan l-approċċ jgħin biex ikun hemm diskussjoni sħiħa, li filwaqt li jiġu deċiżi kif jiddaħħlu ċertu
miżuri, ma jkunx hemm piż żejjed fuq is-settur privat, u ma jikbrux id-diskrepanzi mas-settur
pubbliku.

Il-Qafas tal-Istart-Ups

  • Il-Kamra tan-Negozju għal-Għawdex tinnota b’sodisfazzjon l-enfasi fuq l-istart-ups
    speċjalment f’setturi ta’valur miżjud għoli. Madanakollu l-Kamra tixtieq tara impenn ċar
    biex dan il-qafas ta’ start-ups jiġi stabbiliti ukoll f’Għawdex b’setturi bħat-teknoloġija medika, il-clean u l-green tech. Jeħtieġ li f’Għawdex ikollna start-up eco-system li tkun iddur mal-ħidma tal-Gozo Innovation Hub, li bħalissa ma hux qed jintuża fil-potenzjal kollu tiegħu. L-ekonomija ta’ Għawdex għadha mhix diversifikata u dan hu pass essenzjali biex Għawdex jibda jmidd l-ewwel passi li jkollu niċeċ ta’ valur miżjud f’Għawdex stess.
  • Il-Kamra tinnota wkoll b’mod pożittiv il-commitment minn naħa tal-Gvern biex il-ftuħ tal-kont bankarju isir ukoll dritt legali. Dan hu żvilupp importanti minħabba li fil-passat kien
    hemm diversi istanzi fejn kumpaniji, speċjalment barranin, sabu diffikultajiet kbar biex
    jiftħu kont bankarju.
  • L-impenn biex jiddaħħlu emendi legali sabiex żgħażagħ bejn 16 u 18-il sena jingħataw ċ-ċans li jsiru intraprendituri b’mod regolat huwa wkoll pass importanti.

Negozji tal-Familja u Self-Employed

  • Il-Kamra tinnota wkoll b’sodisfazzjon l-estensjoni ta’ skemi ta’ benefiċċji għas-suċċessjoni
    ta’ negozji tal-familja.
  • Il-Kamra tixiteq tirrimarka li l-fatt li persuni self-employed se jkunu wkoll intitolati għall-Bereavement Leave u Miscarriage Leave huwa pass importanti biex tinħoloq iktar ekwita f’dan is-settur li hu tant neċessarju għall-ekonomija Maltija.

Micro Invest

  • Il-mekkaniżmu ġdid tal-Micro Invest li bih ħaddiema li ilhom iktar min erba’ snin mal-istess
    kumpanija f’Għawdex se jkun qed jiġu appoġġjati sa massimu ta’ 80% għal massimu ta’
    Ewro 960 fis-sena, huwa wkoll pass pożittiv għan-negozji Għawdxin. Dan japplika wkoll
    għat-thresholds il-ġodda li se jaraw intrapriżi Għawdxin jibbenefikaw sa massimu ta’
    € 85,000 tal-ispejjeż tagħhom permezz ta’ din l-iskema.

Turiżmu

  • Hekk kif it-turiżmu qed ikompli dejjem jiżdied iż-żieda minn Ewro 0.50 għall-Ewro 1.50 fissena huwa pass importanti li jgħin biex tissaħħaħ l-infrastruttura fis-settur turistiku. Madanakollu l-Kamra temmen li dawk il-flus li jiġu ġġenerati f’Għawdex għandhom ikunu ‘ring-fenced’ b’tali mod li jintefqu f’Għawdex stess.

Il-Qasam tas-Saħħa

  • Il-Kamra tinnota b’mod pożittiv l-investiment li sar fil-makkinarju u l-kura fl-Isptar Ġenerali
    ta’ Għawdex u l-commitment ċar għall-implimentazzjoni tal-‘Health Care Campus Masterplan’ f’Għawdex. Il-Kamra tkompli ssostni li sptar ġdid huwa essenzjali kemm għall-komunita Għawdxija u kif ukoll għall-Queen Mary Malta University Campus f’Għawdex.

Trasport Pubbliku

  • Il-Kamra tinnota b’sodisfazzjoni l-miżura li Għawdex ikollu flotta kollha tal-karozza tal-linja
    elettrifikata sal-2026. Il-Kamra temmen li dan għandu jkun akkumpanjat ma’ servizz iktar
    frekwenti, u li jilħaq iktar lokalitajiet f’Għawdex b’mod iktar strutturat u strateġiku.

It-Trasport u L-Infrastruttura Marittima f’Għawdex

  • Il-Kamra tinnota wkoll b’sodisfazzjon il-commitment li jiżdied s-servizz tal-fast ferry biex
    jinkludi wkoll Ta’ Sliema u Buġibba. Madanakollu l-Kamra ssejjaħ għall-pjan strateġiku u
    fit-tul għall-Port tal-Imġarr u port ieħor f’Għawdex. F’dan il-kuntest il-Kamra tilqa’
    b’sodisfazzjon it-twaqqif ta’ task force li l-għan tagħha huwa li jiġi analizzat kif il-Port talImġarr jista’ jintuża b’mod iktar effikaċi. Il-Kamra tinnota wkoll l-impenn li jkun hemm
    ivestiment fit-terminals taċ-Ċirkewwa u l-iMġarr. Il-Kamra temmen li ma jistax jkun hemm
    titjib jekk ma jkunx hemm investiment infrastrutturali u strateġiku qawwi fil-Port tal-Imġarr
    li sar żgħir wisq għall-ħtiġijiet tal-gżira Għawdxija. U għalhekk ir-riklamazzjoni tal-art li
    bħalissa qed titqies biss għaz-zona tal-Freeport għandha tiġi kkunsidrata għal Għawdex
    ukoll.
  • F’dan il-kuntest il-Kamra tilqa’ wkoll b’sodisfazzjon il-pjan ta’ investiment fit-toroq
    f’Għawdex, u l-impenn li jinbeda x-xogħol fir-rural airfield. Il-Kamra temmen li l-potenzjal
    ta’ din ir-rural airfield huwa wieħed qawwi biex jinħolqu niċeċ ekonomiċi ġodda.
  • Huwa mportanti wkoll li kif imsemmi fil-baġit ix-xogħol fuq il-Victoria Park fir-Rabat
    jitkompla. Il-bżonn ta’ parkeġġ adegwat fir-Rabat huwa xi ħaġa essenzjali li l-bżonn tiegħu
    ilu jinħass għal numru ta’ snin.

Edukazzjoni

  • Il-Kamra tan-Negozju għal Għawdex temmen ukoll li l’allowance ta’ Euro 280 fix-xahar lill-istudenti Għawdxin li jattendu edukazzjoni post sekondarja jew terzjarja f’Malta, għandu
    jkompli jinċentiva lil dawn l-istudenti biex ikomplu l-istudji tagħhom.

Il-Kamra temmen li filwaqt li dan il-baġit żgur se jkollu impatt pożittiv ekonomiku u soċjali tajjeb
ħafna Għawdex għandu jimxi għal strutturi reġjonali li jiddeċiedu huma l-prijoritajiet tal-infieq u
l-proġetti strateġiċi meħtieġa. Fis-settur ekonomiku għandu jkun hemm ħidma sħiħa biex
f’Għawdex ikunu stabbiliti niċeċ ta’ valur miżjud biex b’hekk l-iżvilupp li jseħħ b’mod nazzjonali
jinħass ukoll f’Għawdex.