Ir-Re tal-Ġordan Abdullah wissa li l-ebda pajjiż ma jaqbel li jinfurza l-paċi f’Gaza taħt il-pjan propost tal-President Amerikan, Donald Trump.
Il-pjan tal-Istati Uniti jitlob lill-istati Għarab u lill-imsieħba internazzjonali biex jgħinu fl-istabbilizzazzjoni ta’ Gaża billi jħarrġu l-Pulizija Palestinjana, bi gwida mill-Ġordan u l-Eġittu. Madankollu ir-Re Abdullah enfasizza li kwalunkwe missjoni għandha tiffoka fuq l-appoġġ tal-forzi lokali.
Il-Ġordan u l-Eġittu offrew li jħarrġu l-forzi tas-sigurtà Palestinjani iżda eskludew li jibagħtu truppi. Ir-Re enfasizza wkoll il-kriżi umanitarja, u ddeskriva s-siwazzjoni f’Gaza bħala waħda devastanti.
//= $special ?>
