Il-Ħadd, fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera ngħata bidu għall-kampjonat ewlieni, dak Super League b’żewġ partiti.
Fl-ewwel waħda, Swieqi Phoenix Nium rebħu lil Birkirkara bl-iskor ta’ 3-1. It-tim immexxi minn Leonard Zammit Munro u Justin Montesin fetaħ tajjeb u rebaħ l-ewwel żewġ sets 25-16 u 25-15. Madankollu tilfu t-tielet wieħed kontra t-tim ta’ Stefan Decelis u Dalton Caruana 25 għal 23. Swieqi rpiljaw u rebħu r-raba’ u l-aħħar set 25 għal 19.
Fit-tieni partita, Flyers għelbu liċ-champions Falcons 3-0. Madankollu l-partita kienet ferm bilanċjata bi Flyers jirbħu t-tliet sets 25-20, 26-24 u 25-22. Fi tmiem il-ġimgħa wkoll ingħata bidu għall-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni b’logħba waħda, bi Mġarr ta’ Marvic Micallef u Anthony Falzon joħorġu rebbieħa kontra Birkirkara Reds 3-0.
Super League
Birkirkara vs Swieqi Phoenix Nium 1-3 (16-25, 15-25, 25-23, 19-25)
Flyers vs Falcons 3-0 (25-20, 26-24, 25-22)
L-Ewwel Diviżjoni
Birkirkara Reds VC vs Mġarr Volleyball Club 0-3 (11-25, 10-25, 13-25)
Under 19
Swieqi Phoenix YS vs Flyers 3-0 (25-20, 25-11, 25-16)
Birkirkara Vixens vs Paola Cool And Kiwi 0-3 (7-25, 13-25, 19-25)
Under 17
Phoenix BNR vs Flyers 3-0 (25-22, 25-14, 25-16)
Falcons vs Birkirkara 0-3 (14-25, 10-25, 15-25)

It-tim tal-Flyers li għeleb lil Falconss 3-0 fis-Super League

Mgarr Volleyball Club għeleb lil Birkirkara 3-0 fl-ewwel diviżjoni
//= $special ?>

