Żgħażagħ sa taħt it-30 sena se jkunu jistgħu jirritornaw il-liċenzja tagħhom biex jirċievu għotja ta’ €5,000 fis-sena għal 5 snin.
Dan qalu l-Ministru tal-Finanzi fil-Budget li ġie preżentat it-Tnejn fejn il-Gvern baqa’ ma preżenta ebda pjan ċar għat-trasport tal-massa. U l-unika miżura tanġibbli li ressaq kienet dik tal-€5,000 għal min iċedi l-liċenzja tas-sewqan.
Fuq il-media soċjali, ħafna nies qalu li din kienet qisha ċajta tal-1 ta’ April. “L-ewwel tridu ssaħħu t-trasport pubbliku”, kitbet mara fuq Facebook. Filwaqt li oħrajn qalu li din il-mossa turi li l-Gvern tassew għadu bla pjan għall-kriżi tat-traffiku.
//= $special ?>

