Sport

L-aqwa riżultat ta’ bowler maskili Malti fl-istorja tal-Kampjonat Ewropej Champion of Champion

Nicolaoi Mallia

Nicolaoi Mallia ta’ 16-il sena, Champion Nazzjonali attwali, kellu wirja pożittiva fi Vjenna, fejn temm fis-6 post, li huwa l-aqwa riżultat ta’ bowler maskili Malti fl-istorja tal-Kampjonat Ewropej Champion of Champions.

Mallia temm fis-6 post fil-klassifika ġenerali fost 38 bowler, inklużi 37 champion nazzjonali u r-rebbieħ tal-Kampjonati tal-2024. Huwa kiseb post fl-aqwa 12 b’medja eċċellenti ta’ 226.8. Matul dawn it-3 settijiet ta’ 8 logħbiet, Mallia kiser ir-rekord nazzjonali lokali taż-żgħażagħ billi lagħab total ta’ 5’443, fosthom rekord nazzjonali ġdid eċċellenti ta’ 8 logħbiet ta’ 1,866, waqt il-mixed doubles ma’ Cynthia Frendo Duca.

Fil-finali, Mallia baqa’ juri prestazzjoni fl-ogħla livell, inkluż l-ewwel logħba perfetta ta’ 300 minn bowler Malti matul l-ECC. It-total tiegħu għal dawn it-8 logħbiet, 1,754 (medja ta’ 219.25) flimkien mat-total preċedenti tiegħu ta’ 5,443, fissru li kiseb is-6 post.

Fil-kategorija tan-nisa Cynthia Frendo Duca tħabtet ħafna fl-ewwel jum, iżda rkuprat fl-aħħar jum biex spiċċat fis-36 post. It-tim spiċċa fid-19-il post minn 38 tim fil-mixed doubles.

Il-kontinġent Malti kien immexxi mill-kowċ nazzjonali Mark Spiteri.