Budget 2026 Lokali

L-MDA tilqa’ dan il-budget b’mod pożittiv filwaqt li mħassba dwar nuqqas ta’ investiment kapitali

Il-Malta Development Association tilqa b’mod ġenerali l-Budget imħabbar illum mill-Ministru tal-Finanzi bħala wieħed pożittiv speċjalment mill-aspett soċjali.

Il-Gvern jista’ jagħmel dan it-tip ta’ Budget fejn ikun jista’: inaqqas sostanzjalment l-income Tax għal familji, iżid in-nefqa fil-pensjonijiet u miżuri soċjali bħal dawn u anke li jkun f’pożizzjoni li ma jintroduċix taxxi ġodda għaliex l-ekonomija baqgħet tikber.

Is-settur tal-proprjetà u l-kostruzzjoni, minkejja l-kontroversjalità ta’ madwaru, isostni din it-tip ta’ ekonomija il jġib miegħu ukoll tkabbir f’setturi oħrajn. L-MDA qalu wkoll li s-settur tal-proprjetà u l-kostruzzjoni jikkontribwixxi għal erbatax fil-mija tal-valur miżjud b’mod dirett u indirett. Bl-assoċazzjoni tgħid li miżuri sbieħ soċjali bhal dawn huma sostenibbli biss minħabba t-tkabbir ekonomiku li kellu pajjiżna u li hemm bżonn li jitkompla fis-snin li ġejjin, fost oħrajn u fuq kollox, il-propjetà u l-kostruzzjoni li wħud jimminaw u jissottovalutaw, huma kruċjali u jgawdi minnhom kulħadd, budget wara budget.

L-MDA tinsab sodisafatta li dan is-settur se jkun jista’ jibbenefika minn programmi ġodda u mtejba għal modernizzazzjoni tal-makkinarju u diġitalizzazzjoni. l-MDA sodisfatta wkoll bil-mizura li permezz tagħha min iħaddem ser ikun qed jigi megħjun fil-pagi ta’ ħaddiema li jkunu ilhom miegħu numru ta’ snin u li jibbenefikaw minn zidiet.

L-MDA tinnota li tissemma l-inizjattiva ta’ Property Malta Foundation, li se tkun qed tniedi l-proġett tal- Property Price Register, pjattaforma online dinamika li tagħti lill-utenti, għall-ewwel darba f’Malta, aċċess għal dejta komprensiva u metrika relatata ma’ tranżazzjonijiet kuntrattwali tal-proprjetà f’Malta.

Min naħa l-oħra l-MDA tinsab diżappuntata li n-nefqa kapitali kompliet tonqos u dan jista’ jwassal għal diversi problemi aktar ‘il quddiem.