Budget 2026 Lokali

Inċentivi fiskali waħedhom mhumiex biżżejjed – UHM Voice of the Workers

Permezz ta’ filmat fuq il-media soċjali, l-UHM Voice of the Workers ħabbru r-reazzjoni tagħhom għall-Budget li ppreżenta l-Gvern għas-sena li ġejja.

Huma bdew billi sostnew li l-Gvern wieġeb għat-theddida demografika li qed jaffaċja l-poplu Malti u Għawdxi kollu, kif ukoll li wieġeb għall-proposti li ppreżentaw huma bħala l-UHM Voice of the Workers.

Huma stqarrew li dan il-Budget jinkoraġixxi l-ġenituri biex ikollom it-tfal u jrabbu t-tfal. Huma sostnew li bil-parteċipazzjoni fis-soċjeta’ u fuq il-post tax-xogħol inħalqet pressjoni fuq il-ġenituri, fuq il-familji u fuq il-bwiet tagħhom – u li dan il-Budget qed jgħid lill-familji mill-aspett finanzjarju.

Minkejja l-pożittiv, huma sostnew li dan mhuwiex biżżejjed. Il-UHM Voice of the Workers sostnew li l-ġenituri għandhom bżonn aktar flus u aktar ħin, u fil-Budget ma ssemma xejn dwar kif il-ġenituri se jkollom aktar ħin mal-familji tagħhom. Huma sostnew li tajjeb ikollom il-flus, iżda hemm bżonn li dan jissarraf f’ħin ta’ kwalita.

Huma sostnew għadd ta’ proposti li kienu rrakkomandaw huma li ma semmewx fil-Budget, fosthom kif is-sena maternity leave għal ġenituri ma ssemmiex fil-Budget. Fost oħrajn sostnew ukoll li ma ssemma xejn dwar l-istudju li sar dwar il-ġimgħa ta’ xogħol ta’ 35 sena, u l-anqas biex il-ħaddiema kollha jkollhom ġimgħa xogħol ta’ massimu ta’ 40 siegħa.

Sostnew ukoll li ma ssemma xejn dwar il-bolla fejn jidħlu ż-żgħażagħ, hekk kif huma pproponew li t-taxxa doppja fuq il-bolla tispiċċa, u dak li jiġi ffrankat jingħata liż-żgħażagħ biex ikunu jistgħu jinvestuhom f’penzjoni tat-tielet pilastru.

Il-UHM Voice of the Workers semmew ukoll kif il-Gvern baqa’ jwebbes rasu u għadu qed jintaxxa l-COLA, u li kull min għandu t-tfal il-fuq minn 23 sena, il-benefiċċji f’dan il-Budget qas biss se jmissom.

Huma temmew billi sostnew li huma jridu li s-suq tax-xogħol jibqa’ jingħata iżjed ħarsien, flessibilita’ u ħin.