Illejla, Net Television se jkun qed iwassal programm speċjali b’analiżi li tagħti ħarsa lejn il-Budget li se jkun qed iressaq il-Gvern.
Il-programm jibda fil-5:30pm, u se jinkludi wkoll analiżi tal-miżuri kollha li se jiġu ppreżentati kif ukoll ħarsa lejn setturi li jkunu ssemmew mill-Ministru Clyde Caruana.
Sa issa, diġà nafu li l-għajnuna għall-għoli tal-ħajja se tkun anqas minn €5.
Hekk ukoll aspettattiva kbira għal miżuri li bihom il-Gvern mistenni li jindirizza problemi serji bħalma huma t-traffiku, l-infrastruttura u anke l-kriżi tal-prezzijiet.
Id-diskors tal-Ministru tal-Finanzi jibda għall-ħabta tas-6:30pm u eżatt wara jixxandar il-bulettin tal-aħbarijiet. F’dak il-ħin, wara t-tmiem tad-diskors, Net News se jkun qed jieħu wkoll l-ewwel kummenti tal-Kap tal-PN Alex Borg.
Imbagħad, għall-ħabta tad-9:30pm tkompli l-edizzjoni speċjali tal-programm NETLIVE b’analiżi minn unions, korpi kostitiwiti u diversi għaqdiet.
//= $special ?>
