Lokali

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi wara f’inċident fis-Swieqi

Il-Ħadd għall-ħabta tal-għaxra u kwart ta’ filgħaxija, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Sant’Andrija, is-Swieqi.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Smart ForFour misjuqa minn mara ta’ 20 sena residenti Wied il-Għajn u mutur Honda WW125A misjuq minn Libjan ta’ 21 sena u jgħix is-Swieqi.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.