TARXIEN RAINBOWS………0
BIRKIRKARA……………………4
Tarxien Rainbows: A.Cassar, W.Filipe, T.Santos, J.Quitongo (M.D’Alessandro 74′), N.Rosa (W.England 74′), L.Zangom K.Donsu, N.Ibeh (E.De Oliveire Junior 46’), W.Dos Santos (L.Borg 63′), A.Vella, M.Grima (G.Vella 63′)
Birkirkara: M.Martinez, M.Morello, L.Mina, P.Gaitan (M.Maydana 7’), K.Reid (K.Fenech 65′) S.Dimech, K.Zammit, A.Abubakar – Ankrah, L.Lacunza (N.Cross 74′), D.Makoma, L.Macula (J.Busuttil 74′)
Imwissija: T.Santos 45’ (T)
Skorjaw: A.Abubakar-Ankrah 24’, 32’, 62’, 72’ (B)
Referee: Glen Tonna
L-akkwist il-ġdid ta’ Birkirkara, Asumah Abubakar-Ankrah kellu prestazzjoni mill-aqwa fit-tieni partita uffiċjali tiegħu mal-Istripes hekk kif mhux biss sab ix-xibka għall-ewwel darba mal-klabb, iżda sab ix-xibka erba’ darbiet biex ipprovda l-gowls kollha tal-partita kontra Tarxien Rainbows.
Rebħa importanti għal Birkirkara biex resqu qrib it-Top Six f’dawn il-ġimgħat kruċjali għall-klabb,
Abubakar l-istaġun li għadda lagħab ma’ Brisbane Roar fil-A League, l-aqwa kampjonat fl-Awstralja u saħansitra lagħab ħdax-il partita, skorja erba’ gowls u pprovda żewġ assists.
Fil-passat, Ankrah lagħab ukoll darbtejn mat-tim ta’ taħt id-19-il sena tal-Portugall, fejn skorja gowl wieħed.
Fil-karriera tiegħu huwa lagħab ma’ Willem II, MVV Maastricht, Kriens, Lugano, Luzern, Grasshoppers u Brisbane Roar.
Il-gowls tal-partita waslu fl-24, fit-32, 62 u 72 minuta.
//= $special ?>

