“Meta kont żgħira jien anki f’nofs ta’ triq kont nilgħab bil-karozzi għaddejjin; iżda t-tfal tal-lum la fit-triq u lanqas fl-appartamenti mhu se jilagħbu għax m’għandhomx post fejn.”
Sostniet dan is-Segretarju għall-Edukazzjoni tan-Nisa Laburisti, u eks ġurnalista tas-Super One u eks Segretarju Internazzjonali taż-Żgħażagħ Soċjalisti Ewropej – Pearl Agius hekk kif spjegat li hija ovvja għaliex ir-rata ta’ twelid naqset hekk kif iż-żgħażagħ għandhom xorti isibu ħin biex jagħmlu t-tfal – aħseb u ara biex irabbuhom.
Agius spjegat li tħoss li għandha mqar ponn melħ f’moħħha wara li tħabbar il-budget. Filwaqt li faħħritu u qalet li huwa tajjeb għall-familji bit-tfal, l-istudenti u lill-pensjonanti hija insisistiet li dan il-budget ftit li xejn indirizza dik li sejħitilha bħala faxxa tan-nofs ċioè żagħżagħ bħalha li m’għandhomx tfal, impjegati u persuni li qed ifittxu proprjetà.
Hija saħqet li wara l-iskema tal-first time buyers il-bejjiegħ għolla l-prezz, l-iskema tal-equity sharing ma tgħoddx għaliha u b’hekk l-unika skema li tapplika għaliha hija tal-10% depożitu…. waħda li skont Agius stess mhix attraenti biżżejjed – hekk kif biex tkun eliġibbli għaliha, il-proprjetá li se tixtri trid tkun tiswa’ sa €225,000.
B’Peal Agius titlob biex inkunu onesti, u tistaqsi x’tixtri illum b’dan l-ammont ħlief kaxxa tas-sulfarini?
U kompliet tistaqsi – fejn tridhom il-ġenituri prospettivi jrabbu l-familja?
Hi saħqet li l-ġenituri prospettivi biex jippreparaw għat-tfal jinsabu f’ċirku inutli fejn jispiċċaw jaħdmu iktar biex jaqilgħu iktar flus, javvanzaw il-karrieri tagħhom, qed ikollhom inqas ħin għall-familja, qed ikollhom problemi ta’ fertilitá mbażwrin bl-istress u fl-istess nifs iridu li dawn in-nies ikollhom it-tfal meta ħin għat-tfal m’għandhomx.
Dan filwaqt li l-uffiċjal fi ħdan in-Nisa Laburisti kritikat id-diskors tal-budget hekk kif saħqet li huwa ikrah immens l-ideal restrittiv tal-kelma “familja” hekk kif illum il-ġurnata din fiha diversi forom u mhux dejjem tinkludi l-ulied jew żewġ ġenituri. B’hekk saħqet li hi – li tagħmel parti mill-faxxa tan-nofs – temmen li l-budget kien tajjeb biss għal dawk li bbenefikaw minnu.
//= $special ?>

