Lokali Parlament

Fil-Mosta hemm 130 tfal barranin minn pajjiżi terzi mhux fl-UE u 68 oħra f’Ħ’Attard

It-tfal barranin minn pajjiżi terzi, mhux fl-UE, fl-iskola primarja Ħ’Attard, hu ta’ 68 u fiż-żewġ skejjel primarji tal-Mosta, Maria Regina College Mosta Primary A u Maria Regina College Mosta Primary B; hemm 130.

B’kollox fl-iskola primarja ta’ Ħ’Attard hemm 490 tfal u mill-Unjoni Ewropea hemm 34′ u 388 Maltin.

Fil-Mosta, Maria Regina A hemm 47 tfal mill-Unjoni Ewropea; 80 miinn barra l-UE u 387 Maltin u f’Maria Regina B hemm 243 Maltin, 19 mill-UE u 50 tfal barranin minn pajjiżi mhux fl-UE għal total ta’ 826 tfal, li minnhom 629 huma Maltin; 66 mill-UE u 130 barranin mhux fl-UE.

Din l-informazzjoni ta fil-Parlament Clifton Grima, il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni; għal mistoqsijiet tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.