Ir-raġel akkużat dwar il-qtil tal-Eks Prim Ministru Ġappuniż, Shinzo Abe ammetta l-ħtija waqt l-ewwel jum ta’ proċess tal-qorti relatat ma’ dan ir-reat uniku li kien qanqal xokk kbir fil-Ġappun u madwar id-dinja.
L-imputat,Tetsuya Yamagami, qal lill-Qorti ta’ Tokjo li l-akkużi miġjuba kontra tiegħu huma kollha validi, Dan meta l-imputat, fl-2022, kien fetaħ in-nar fuq Abe waqt avveniment politiku fil-belt ta’ Nara – bir-riżultat li l-Prim Ministru miet l-isptar ftit tal-ħin wara.
Shinzo Abe kien magħruf għall-politika konservattiva tiegħu u l-qtil tiegħu seta’ kien dovut għal xi konnessjonijiet bejn il-Partit LDP fil-Gvern u s-setta tal-‘Moonies’. Fil-fatt, Yamagami informa lill-investigaturi li ried joqtol lil Abe bħala l-persuna li kien jippromowvi lil din is-setta… setta li, fi kliem l-imputat, kienet ħalliet lill-familja tiegħu falluta.
//= $special ?>

