Sport

Għaxaq Boċċi Club jirbħu l-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni

Għaxaq Boċċi Club rebħu l-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni organizzat mill-Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi wara li fil-finali għelbu lil St Peter’s Żabbar 21-12.

Finali bbilanċjata bir-riżultat li għall-bidu beda jalterna minn tim għal ieħor. Madankollu wara li Għaxaq fetħu vantaġġ ta’ 10-1, waslet ir-rimonta minn St.Peter’s Zabbar li saħansitra dawru l-iskor għal 11-10.

Reazzjoni minn Għaxaq li kienu preċiżi fit-tefgħat tagħhom u eventwalment għalqu l-partita 21 – 12

Fi tmiem il-finali, il-president tal-Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi, CJ Saliba; ippreżenta t-trofew tal-Ewwel Diviżjoni lill-captain ta’ Għaxaq Noel Axiaq.

Għaxaq lagħbu b’Noel Axiaq, Damien Grima, Michael Buhagiar, Emmanuel Spiteri, Charles Calafato u Matthew Mizzi.

St Peter’s Żabbar kellhom lil Conrad Borg, Owen Bezzina, Mario Galea, Leli Brignoli, Cameron Massa u Randolf Randic.

Referee kien Mario Enriquez.