Kien imiss issa l-id moħbija li qed tiġri wara Neville Gafà sabiex tagħmillu l-bsaten fir-roti f’kull pass li jagħmel.
Skont Neville Gafà, hija din l-id moħbija misterjuża li rriżultat fir-reżenja tiegħu mill-Uffiċju tal-Prim Ministru, li mbagħad qabdet lill-Pulizija ssejjaħlu wara li – skont hu – “naddaf” il-Monument tal-Assedju l-Kbir. Wara dan, sfurzat lill-Kummissarju għad-Data Protection jibgħatlu komunikat minħabba numru ta’ artikli li ħareġ dwar Uffiċjal għoli fil-Bank Ċentrali ta’ Malta li poġġa’ xemgħat quddiem ir-ritratt ta’ Daphne Caruana Galizia.
Din mhux l-ewwel darba li smajna bil-potenzi misterjużi li l-Partit Laburista jgħid li jeżistu meta l-affarijiet ma jkunux favurih.
Robert Abela kellu l-establishment li kien qabbilha ma’ qarnita u issa Neville Gafà għandu id moħbija tiġri warajh li jidher li hi akbar mill-Prim Ministru.
//= $special ?>

