Illum il-PN sellem lill-eks Prim Ministru Ġorġ Borg Olivier permezz ta’ tqegħid ta’ kuruni fuq il-monument tiegħu fil-Belt. Dan sabiex jitfakkar il-45 anniversarju minn mewtu.
Il-kuruni tpoġġew mill-Kap tal-PN Alex Borg, il-Viċi Kap tal-PN Alex Perici Calascione, is-Segretarju Ġenerali Charles Bonello u diversi uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista.
Ġorġ Borġ Olivier twieled fil-Belt Valletta fil-5 ta’ Lulju 1911. U kien miet f’Tas-Sliema fid-29 ta’ Ottubru tal-1980 – propju 45 sena ilu. Ġorġ Borg Olivier jibqa’ mfakkar bħala l-politiku li fl-1964 ġab l-Indipendenza għal pajjiżna. U serva bħala Prim Ministru għal żewġ termini
//= $special ?>

