Internazzjonali Temp

L-uragan Melissa riesaq lejn il-Ġamajka

Tliet persuni mietu fil-Ġamajka u erba’ f’Haiti wara li din iz-zona fil-Karibew qed taffaċċja l-ikbar maltempata tas-sena.

Issa, il-maltempata se tolqot zoni bħal Kingston, Old Harbour Bay, Rocky Point u St Elizabeth.

“Din hi sitwazzjoni tal-biża’ għall-Ġamajka”, qal il-Ministru tal-Ilma, l-Enerġija u l-Klima, Matthew Samuda lill-BBC. Huwa stqarr li sebgħin fil-mija tal-popolazzjoni tgħix biss ħames kilometri ‘l bogħod mill-baħar.

“Nittamaw li għamilna biżżejjed bħala preparamenti”, qal Samuda u żied li tul il-ġimgħa l-oħra kkommunikaw kemm setgħu man-nies biex jinfurmawhom fejn huma x-xelters mawdar il-gżira, u li għandhom ipoġġu protezzjoni apposta biex ma jidħolx l-ilma.

L-aktar ħaġa preokkupanti qal Samuda kienet li jipperswadu lin-nies biex imorru fix-xelters – għaliex in-nies jippreferu jipproteġu l-propjetà tagħhom aktar milli jassiguraw li jibqgħu ħajjin huma.