Futbol Sport

Rebħa għal Napoli biex jitilgħu fl-ewwel post hekk kif Milan jiġu miżmuma minn Atalanta

(Ritratt: EPA)

Minkejja n-nuqqas ta’ Kevin De Bruyne, Napoli baqgħu għaddejin bil-forma tajba u żammew il-momentum mir-rebħa kontra Inter iktar kmieni din il-ġimgħa. Kienet prestazzjoni diżappunanti pero għal-Partenopei, f’partita li ntlagħab ħafna futbol fqir u ħafna passess fit-tul li ma wasslu attwalment għal xejn.

Lecce kienu viċin li jiftħu l-iskor meta fit-58 minuta rebħu penalty u nkariga ruħu ż-żgħażugħ Francesco Camarda, misluf minn Milan, pero l-attakkant falla t-tentattiv tiegħu.

Fid-69 minuta, Zambo Anguissa jiskorjaw l-unika gowl tal-partita għal Napoli biex ħadu t-tlett punti.

Milan ma rnexxielhomx ilaħħqu ma’ Napoli hekk kif ġew miżmuma minn Atalanta bl-iskor ta’ 1-1, biex b’hekk ħadu t-tieni draw konsekuttiv u t-tielet wieħed dan l-istaġun.

Milan jiftħu l-iskor l-ewwel permezz tal-midfielder Taljan Samuele Ricci wara biss 4 minuti logħob. Pero t-tim ta’ Juric jirrispondi tajjeb permezz ta’ Ademola Lookmnan, li minkejja li kellu bidu ħażin għal dan l-istaġun, irnexxielu jirkupra naqra motivazzjoni bil-prestazzjoni tiegħu f’din il-partita.