Lokali Parlament

Tliet rapporti dwar storbju dis-sena minn residenti f’Ħ’Attard

Il-Pulizja rċeviet tliet rapporti minn residenti ta’ Ħ’Attard dwar storbju dis-sena 2025, sal-1 ta’ Ottubru.

Dan kien konfermat mill-Ministru Clifton Grima, il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni; għal mistoqsija fil-Parlament tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.