Futbol Sport

Valletta jagħtu ċans lil Floriana jitilgħu fl-ewwel post wara draw kontra Gżira United

(Ritratt: Andrew Grima)

VALLETTA………………….1

GŻIRA UNITED……………1

Valletta: A.dos Santos, S.Borg. B.Paiber, Y.Yankam, M.Mbende, Y.Messias, S.Radic, T.Aldama, E.Gomes (A.Ciolacu 76’), J.De Assis (S.Brewer JR 76’), J.Mendoza (A.Zammit 76’)

Gżira United: E.Colombo, G.Mentz Bohrer, P.Brenes, A.Borg, B.Borg (S.Periaza 78’), A.Penha Do Costa, C.Faillia, L.Riascos, D.Xuereb. W.Felix, F.Virgens

Imwissija: S.Borg 32’, S.Radix 45’, T.Aldama 45’ (G), L.Riascos 22’ (G)

Skorjaw:  Y.Messias 63’ (V), G.Bohrer 56’ (G)

Referee: Phillip Farrugia

Minkejja li baqgħu bla telfa, Valletta fetħu l-bibien beraħ għal Floriana biex jitilgħu fl-ewwel post, hekk kif il-Beltin kisbu r-raba draw fl-ewwel għaxar logħbiet, meta temmew fi draw ta’ 1-1 kontra Gżira United. Floriaana jilagħbu għada kontra Ħamrun Spartans fis-6:45pm fit-Tony Bezzina Stadium. Iż-żewġ rivali eterni it-tnejn kisbu 22 punt s’issa, u rebħa għal Floriana tfisser li jitilgħu fl-ewwel post hekk kif deħlien għall-fażi tat-top six u bottom six tal-Malta Premier League fil-ġimgħat li ġejjien.

Din il-partita kienet pjusttost magħluqa, biż-żewġ timijiet jirnexxielhom jiskorjaw biss permezz tal-penalties. Kien l-ewwel Gabriel Mentz Bohrer li xeħet ġewwa mill-penalty, bl-internazzjonali Malti jiskorja fit-tieni partita konsekuttiva mill-penalty spot, segwit mill-gowl ta’ Yuri Messias minn penalty ieħor 7 minuti wara.

Din ir-rebħa tkun it-tielet waħda infila għal Gżira United.

Qabel il-partita, il-plejer Brażiljan ta’ Valletta, Yuri De Jesus Messias ingħata l-premju tal-aqwa plejer tax-xahar ta’ Settembru.

Yannik Yankam ta’ Valletta jilagaħab il-ballun il-qudddiem (Ritratt: Andrew Grima)

Brooklyn Borg ta’ Gżira United ippressat minn żewġ plejers ta’ Valletta (Ritratt: Andrew Grima)