Fl-Emirates Stadium Arsenal għamluhom tmien rebħiet konsekuttivi meta fil-Carabao Cup għelbu lil Brighton bl-iskor ta’ 2-0. Minkejja għaxar tibdiliet mit-tim ta’ Mikel Arteta huma xorta waħda rnexxielhom jagħmluha għar-round li jmiss bi prestazzjoni superjuri għal dik ta’ Brighton. Arsenal fetħu l-iskor fis-57 minuta meta minn azzjoni maħduma tajjeb bejn Mikel Merino u Myles Lewis-Skelly, kien Ethan Nwaneri li b’konklużjoni fil-baxx sab ix-xibka għal 1-0. Arsenal skorjaw it-tieni gowl tagħhom fis-76 minuta meta din id-darba kien Bukayo Saka li approfitta minn ballun fil-kaxxa u xeħet fix-xibka għal 2-0.
Tkompli s-serje ta’ riżultati negattivi għal Liverpool meta huma kienu eliminati minn Crystal Palace bl-iskor ta’ 3-0. B’diversi tibdiliet u numru ta’ żgħażagħ fit-tim ta’ Liverpool, Palace fetħu l-iskor fl-40 mintua minn Ismaela Sarr qabel ħames minuti wara kien l-istesss plejer li xeħet fix-xibka u prattikament għalaq il-partita. It-tielet gowl għal Crystal Palace wasal fit-88 minuta minn Yeri Pino.
Rebħa wkoll għal Newcastle fuq Tottenham Hotspurs bl-iskor ta’ 2-0, bil-gowls minn Fabian Schar fl-24 minuta, u l-attakkant Nick Woltemade fil-50 minuta, li kompla jimpressjona wara t-trasferiment tiegħu mill-Ġermanja.
Riżultati: Arsenal v Brighton 2-0, Liverpool v C’Palace 0-3, Swansea v Man City 1-3, Wolves v Chelsea 3-4, Newcastle v Spurs 2-0
//= $special ?>

