L-imsieħba soċjali laqgħu b’mod pożittiv il-miżuri li ħarġu minn dan il-Budget il-familji; però minn naħa l-oħra jinsabu ferm diżappuntati bin-nuqqas ta’ proposti fil-konfront tal-work-life balance, it-traffiku, it-trasport tal-massa, in-nuqqas ta’ investiment fl-Università, il-fatt li l-COLA se tibqa’ tiġi intaxxata kif ukoll li naqsu l-fondi b’rabta mal-proġetti kapitali u l-Kunsill għall-Arti.
It-Tnejn, li għadda wara d-diskors tal-Budget, Net News tkellem mal-imsieħba soċjali li lkoll irrimarkaw li hemm miżuri pożittiv. iżda naqas milli jindirizza ċertu setturi.
Segwi dan il-filmat biex tara x’qalulna l-imsieħba soċjali b’rabta mal-Budget 2026.

