Floriana …………. 1
Ħamrun S. ………. 3
Floriana: G.Cioletti, J.Grech, N.Varela, D.Vella, A.Mabea, O.Spiteri, J.Coelho, C.M’Mombwa, I.Perreira, A.Garzia, M.Linhares
Ħamrun S: H.Bonello, R.Compri, J.Mbong, V.Poliyo, S.Smajlagic, N.Koffi, E.Bruno Domingos, O.Bjelicic, E.Marcelina, R.Camenzuli
Referee: F.Zammit
Assistenti Referees: J.Muscat, V.Vasilev
Fit-Tony Bezzina Stadium rebħa importanti għal Ħamrun Spartans fuq Floriana bi skor ta’ 3-1. B’din ir-rebħa huma telgħu fit-tielet post b’19-il punt, tliet punti bogħod mill-istess Floriana u Valletta.
Ħamrun fetħu l-iskor wara disa’ minuti meta kien Joseph Mbong li sab lil Domingos, li għadda lejn Koffi, b’dan tal-aħħar mill-viċin ma żbaljax għal 1-0.
Ħamrun irdoppjaw minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima meta minn azzjoni maħduma tajba kien Garcia li kkonkluda wara Cioletti għal 2-0.
L-Ispartans għamluhom tlieta meta minn pass żbaljat ta’ Cioletti kien Garcia li approfitta u b’xutt fil-baxx xeħet fix-xibka għal 3-0. Fil-bidu tat-tieni taqsima Ħamrun spiċċaw jilgħabu b’10 plejers meta tkeċċa għalihom Domingos għal daqqa’ ta’ ras fuq Zachary Scerri.
Fit-82 minuta Floriana skorjaw il-gowl ta’ konsolazzjoni meta kien Mendonca li xeħet bir-ras għal 3-1.
Hibernians ………….. 2
Sliema W. …………… 3
Hibernians: H.Sacco, H.Silas, L.Caruana, V.De Souza Texeira, A.Zammit, D.Bonnici, J.Mendonca Padilha, A.Cacho, M.Lima Duarte, C.Silva Dos Santos
Sliema W: R.Al Tumi, J.Borg, A.Magri-Overand, V.Plut, R.Prsa, G.Alcino, M.Bah, H.Freire, S.Pisani, T.Espindola, M.Baggio
Referee: D.Portelli
Assistenti Referees: M.Scerri, M.Muscat
Rebħa importanti wkoll għal Sliema Wanderers fuq Hibernians bl-iskor ta’ 3-2. Kienu Hibernians li fetħu l-iskor fid-19-il minuta meta minn żball fid-difiża ta’ Sliema kien Mailson Lima li xeħet fix-xibka għal 1-0. Sliema Wanderers kisbu l-gowl tad-draw fil-31 minuta meta minn azzjoni personali kien Miguel Baggio li kkonkluda wara Sacco għal 1-1.
Żewġ minuti wara Sliema għall-ewwel darba fil-vantaġġ meta kien Mamadu Bah li minn cross mil-lemin xeħet fix-xibka għal 2-1. Sliema għamluhom tlieta fl-84 minuta meta kien Espindola li minn cross sab lil Mamadu Bah għal darb’oħrar ikkonkluda fix-xibka għal 3-1. It-tieni gowl ta’ Hibernians wasal permezz tas-sositut Lyon Abela.
Marsaxlokk ………… 1
Zabbar St.Patrick … 0
Marsaxlokk: C.Mafoumbi, O.El Hasni, E.Pepe, N.Muscat, T.Hama, U.Arias, J.Corbolan, A.Soares, J.Minala, L.Aguirre
Zabbar StP: J.Grech, A.Dumbuya, S.Cejas, J.Agius, J.Micallef, S.Jovancic, Z.Leonardi, V.De Paiva, R.Scicluna, T.Brito, M.Barbosa
Referee: E.Barbara
Assistenti Referees: L.Portelli, D.Castillo
Rebħa importanti ta’ 1-0 għal Marsaxlokk fuq Zabbar St Patrick li tħallihom fil-ħames post tal-klassifika bi 17-il punt u b’post mal-ewwel sitta. Il-gowl uniku tal-partita kien skorjaw fid-59 mintua minn Fred Tsoumou Hama.
Mosta …………………. 3
Naxxar Lions ………… 0
Mosta: D.Akpan, M.Bolanos, G.Goncalves, V.Da Silva, N.Agius, Q.Hurtado, E.Chibuzor, S.Zibo, J.Vassallo, Z.Brincat, L.Fernandes
Naxxar L: M.Debono, F.De Campos, N.Pace Cocks, A.Firmino, V.Souza Dos Santos, M.Silva, C.Gauci, O.Bolanos, R.Pereira, A.Guehi, V.Moura Cardoso
Referee: D.Casha
Assistenti Referees: D.Spencer, K.Saliba
Fis-Centenary Stadium rebħa għall-Mosta fuq ir-rivali Naxxar Lions bl-iskor ta’ 3-0. Bir-riżultat jimmaterjalizza fit-tieni taqsima huma marru fil-vantaġġ fis-70 minuta b’gowl ta’ Emmanuel Chibuzor. Simon Zibo irdoppjaw fis-76 minuta qabel reġa’ kien Emnanuel Chibuzor li skorja d-doppjetta personali.
//= $special ?>

