Ivan Bartolo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo qal fil-parlament li l-ġustizzja soċjali għandhom tkun prijorità.
Ivan Bartolo qal li hawn min jippreferi jgħix waħdu iżda dawk li jinqatgħu mis-soċjetà huma dawk l-aktar li jkunu esklużi fis-soċjetà. Hu sostna li l-Istat hu fid-dover li jiffaċilità l-ħajja ta’ min kun fi sfidi bħal dwk li għandhom problemi ta’ komunikattiva u drawwiet ta’ kuljum. Jeħtieġ li l-isifidi soċjali jkunu trattati inkluż dawk tal-persuni vulnerabbli u l-barranin li jkunu esklużi.
Ivan Bartolo kompla li s-solitudni wkoll twassal għall-ekslużjoni mill-komunità. Hu saħaq fuq l-importanza li l-persuni jħossuhom parti mis-soċjetà biex is-soċjetà tkun iktar sana. Jeħtieġ li l-persuni b’diżabbiltà jtejbu s-sitwazzjoni tagħhom, sostna Ivan Bartolo, li qal li l-interpreti tal-lingwa tas-sinjali qed jagħtu kontribut importanti fejn illum hemm 12-il interpretu.
Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar l-importanza tal-edukazzjoni tal-ħniena u aċċettazzjoni fid-dinja tax-xogħol biex il-faqar ikompli jkun miġġieled,
Ivan Bartolo qal li l-persuni vulnerabbli wkoll għandhom drittijiet bal ċittadini oħra u sostna li fil-politika soċjali ma jistax ikun hemm mudell wieħed li jkun attwat. Id-Deputat Ivan Bartolo tkellem dwar soċjetà ġusta u inklussiva u qal li l-imġarrab għandu jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Hu kompla li l-gvern ma jistax jinjroa li hawn 800 persuna li m’għandhomx dar, li hawn kumpaniji li ma jimpjegawx magħhom persuni b’diżabbiltà, it-trasport biex persuni b’diżabbiltà jmorru għax-xogħol, id-diffikultajiet ta’ persuni bi dħul baxxa u l-importanza tal-ġustizzja soċjali.
//= $special ?>

