Clyde Caruana qiegħed jinsisti li Partit Laburista fil-Gvern mhux se jikkonvinċi lill-poplu Malti u Għawdxi milli effettivament jagħmel użu minn sistema ta’ trasport tal-massa U li l-investiment ta’ f’din is-sistema ċertament se jkun qiegħed ilaħħaq il-biljuni ta’ ewro.
Bħal ma’ issa ilu jgħid għal dawn l-aħħar ġimgħat fuq il-mezzi tax-xandir, il-Ministru Caruana għal darb’oħra tenna li biex ikun konvint mill-investiment ta’ dan il-kalibru xi ħadd irid jikkonvinċih li l-poplu lest iħalli l-karozza d-dar. Dan billi jiddiżinċentiva lill-poplu permezz ta’ piżijiet u taxxi ġodda – bħal ħlas ta’ parkeġġi u żieda fl-assigurazzjoni….liema piżijiet il-Prim Ministru Robert Abela ilu għal din l-aħħar sena jgħid li hu ma jemminx fihom.
Madanakollu – il-Ministru Caruana konvint li l-unika soluzzjonijiet huma miżuri punittivi.

Net News staqsa lid-Deputat Prim Ministru Ian Borg u lill-Minsitru Silvio Schembri dwar il-fatt li l-id il-leminija ma tafx x’inhi tagħmel ix-xellugija – madanakollu skont Ian Borg dan mhux minnu; filwaqt li qal lill-poplu biex ma joqgħodx jinkwieta.
Minkejja kollox Ian Borg ta x’jifhem li għad m’hemmx idea din is-sistema hux se tkun qed issir jew le – bil-Gvern mhux lest li jiffirma qbil mal-Oppożizzjoni ħalli jikkommetti ruħu li isir dan il-proġett.
Madanakollu, id-Deputat Prim Ministru qed japprezza l-fatt li l-Partit Nazzjonalista kommess li jaħdem mal-Partit Laburista fuq dan il-proġett tant bżonnjuż għall-poplu Malti u Għawdxi u l-ġenerazzjonijiet futuri.



