L-Erbgħa filgħodu, il-President ta’ Malta, Myriam Spiteri Debona, erħitilha lejn Londra fejn se tkun qed tiltaqa’ ma’ pazjenti Maltin li qed jiġu trattati għall-kanċer u mard ieħor. Il-President se tkun qed iżżur tliet sptarijiet ewlenin inklużi ir-Royal Marsden Sutton Hospital, il-Great Ormond Street Hospital, u s-St. Bartholemew Hospital.
Matul iż-żjara tagħha f’Londra, Il-President se tiltaqa’ wkoll mas-Sorijiet Franġiskani li jassistu u jospitaw il-pazjenti Maltin f’Londra kif ukoll mal-uffiċjali tal-Fondazzjoni Puttinu Cares. Il-President Spiteri Debono se tattendi quddiesa flimkien mal-pazjenti u l-qraba tagħhom li jinsabu fl-appartamenti ta’ Puttinu Cares f’Londra. Il-President Myriam Spiteri Debono se tattendi wkoll għal attività mad-dijaspora Maltija fir-Renju Unit, organizzata mill-Kummissjoni Għolja ta’ Malta għar-Renju Unit.
Uffċjali tal-Presidenza u tal-Malta Community Chest Fund se jkunu qed jakkumpanja lill-President waqt din iż-żjara. Barra minn hekk, il-Ħadd, il-Presidenti flimkien mad-delegazzjoni tagħha se jkunu qed jivvjaġġaw lejn Strasburgu għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-75 anniversarju tal-konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Ċelebrazzjonijiet li se jikkonsistu minn sensiela ta’ attivitajiet organizzati mir-Rappreżentanza Permanenti ta’ Malta għall-Kunsill tal-Ewropa.
Fi Strasburgu, qabel tindirizza lil din il-Qorti, il-President ta’ Malta se jkollha laqgħa bilaterali mal-President tal-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem, Mattias Guyomar.
Il-President ta’ Malta, Myriam Spiteri Debono se tinawgura wkoll il-Malta Lounge fi ħdan il-European Youth Centre, u se tattendi għal kunċert tal-opra fl-Opéra national du Rhin, li għalih se jieħdu sehem it-tenur Malti Joseph Calleja, il-vjolinist Carmine Lauri u numru ta’ artisti oħrajn. Dan il-kunċert kien organizzat mir-Rappreżentanza Permanenti ta’ Malta għall-Kunsill tal-Ewropa.
Il-President, mistennija tirritorna Malta l-Erbgħa 5 ta’ Novembru.
Helena Dalli se sservi bħala l-Aġent President waqt iż-żjara tal-President barra minn Malta.
//= $special ?>

