Lokali

Instab il-katavru tar-raġel li kien sab ruħu f’diffikultà fir-Ramla l-Ħamra jumejn ilu

Instab mejjet ir-raġel ta’ 37 sena li fis-27 ta’ Ottubru sab ruħu f’’diffikultà waqt li kien qiegħed jgħum fir-Ramla l-Ħamra, Għawdex.

Matul l-aħħar jumejn tkomplew it-tfittxijiet għar-raġel u l-Erbgħa filgħodu l-Pulizija ġiet infurmata mill-Forzi Armati ta’ Malta li sfortunatament ir-raġel instab bla ħajja fil-baħar.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u l-Inkjesta Maġisterjali b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.