Kunsilli Lokali Lokali

Installata AED f’Ħal Mula, fi ħdan Ħaż Żebbuġ

Fit-Tlieta, 28 ta’ Ottubru, ġiet mogħtija l-AED lill-komunità ta’ Ħaż-Żebbuġ biex jintuża f’każijiet ta’ emerġenza relatati ma’ waqfien tal-qalb (cardiac arrest), fejn grazzi għal dan l-apparat, il-qalb tista’ terġa’ tiġi attivata f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza.

Paul Mazzola, li hu responsabbli mid-dikasteru tas-saħħa, kien diġà rnexxielu sena ilu jakkwista AED ieħor permezz ta’ sħubija ta’ sponsor, li diġà ġie installat ħdejn il-pjazza prinċipali ta’ Ħaż-Żebbuġ. Dan l-apparat il-ġdid se jiġi installat f’Ħal Mula, fi ħdan Ħaż-Żebbuġ.

Fin il-magna ġiet sponsorizzata lil Mazzola, li hu l-minority leader fil-Kunsill ta’ Ħaż-Żebbuġ, għall-benefiċċju tar-residenti Żebbuġin.

Għall-preżentazzjoni kien preżenti s-Sindku Steve Zammit Lupi.