Illum fid-disa’ ta’ filgħodu ntlaħaq ftehim biex jieqfu l-attakki wara lejl intensiv ta’ bumbardamenti Iżraeljani fuq il-Medda ta’ Gaza. Huwa stmat li f’inqas minn 12-il siegħa nqattlu 104 persuna fosthom 46 tifel u tifla u 20 nisa. Dan wara li kien inqatel suldat Iżraeljan.
Il-bumbardamenti bl-arju saru fuq djar bin-nies fihom, fuq skejjel u fuq tined bil-familji jistkennu fihom.
Il-bumbardamenti reġgħu bdew wara li Iżrael qal li kien ġie ngannata bis-16-il ostaġġ, Ofir Tsarfati, li kien miet matul il-priġunerija wara l-attakki tas-7 ta’ Ottubru, għaliex il-katavru tiegħu kien diġà ntbagħat f’darbtejn. Iżrael qal li ma kienx qiegħed ikun onorat il-ftehim.
It-tensjoni kibret wara li l-grupp Hamas qatel suldat Izżraeljan. Minnufih Netanyahu ordna li jkun hemm attakki massiċċi u immedjati fuq l-Medda ta’ Gaza.



